Lokali

Beyond Space and Time: Ġabra ta’ ritratti mill-isbaħ

L-esebizzjoni ta’ fotografija ‘Fine Art’ tal-fotografu Keith Ellul, li qiegħda tittella’ fl-Art by the Seaside Gallery, fl-Isla, tiġbor fiha kollezzjoni ta’ 36 ritratt miġbuda bit-teknika tal-Long Exposure. Din l-esebizzjoni għandha t-titlu Beyond Space and Time.

Fiha wieħed isib estratti ta’ xeni miġbudin f’dawn l-aħħar tliet snin, kollha black and white. Xeni miġbuda kemm f’Malta, l-Ingilterra, Venezja u l-Greċja.

L-artist iqis din il-kollezzjoni bħala waħda li tifforma lill-artist innifsu – kif fisser ma’ Net News, Keith Ellul.

It-tema tal-ħin u spazji vojta kważi f’kull ritratt tinħass bħala forma ta’ xena minn dinja alternattiva, li l-artist qed joħloq għalih innifsu biex jaħrab mill-ħajja normali, u jistieden lil min ikun qed jara r-ritratt biex jirfes f’dinja fejn jista’ jinterpretaha għalih personalment.

Din l-esibizzjoni hija miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-5pm sat-8:30pm; u s-Sibt u l-Ħadd mill-10am sat-8:30pm. Il-wirja tibqa’ miftuħa sad-19 ta’ April.