Elezzjonijiet 2024 Kunsilli Lokali Lokali Unjoni Ewropea

FL-1 TA’ MEJJU: Il-PN se jniedi l-kampanja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali

Il-Partit Nazzjonalista se jniedi l-kampanja tiegħu għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju li ġej permezz ta’ attività li se ssir fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta fl-1 ta’ Mejju.

Dakinhar, il-PN se jfakkar kif inhu xieraq Jum il-Ħaddiem. Din il-ġurnata tfakkar ukoll l-20 anniversarju mindu pajjiżna ssieħeb uffiċjalment fl-UE.

Il-kampanja se tiġi mnedija uffiċjalment wara nofsninhar, bil-preżenza tal-kandidati kollha tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew.

Aktar dettalji fil-jiem li ġejjin.