Sport

HITT Academy WH Middle East champions tat-table tennis

HITT Academy WH Middle East huma ċ-champions il-ġodda tal-kampjonat nazzjonali tat-table tennis wara li għelbu lil HITT Academy Mosta Dome B & B 5-1.

It-tim immexxi minn Mario Genovese rnexxielu jirbaħ dan it-titlu ġurnata qabel tmiem il-kampjonat wara li kiseb 13-il rebħa minn 14-il logħba u jsofri telfa waħda biss. It-tim kien magħmul minn Gabriel Grixti, Isaac Grixti u Conrad Puli li kienu konsistenti matul l-istaġun kollu. Barra minn hekk dan hu s-sitt titlu konsekuttiv li huma rebħu.

Sadanittant f’aktar logħbiet miċ-Championship Pool, MITTC Butterfly u MITTC Butterfly Dignics kisbu rebħiet kbar kontra Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro (6-0) u HITT Academy Tibhar (5-1).

Fir-Relegation Pool tal-Ewwel Diviżjoni, Mosta Gunners għelbu lil Alpha Gewo 4-2 filwaqt li HITT Academy Home Trends batew aktar milli mistenni sabiex rebħu lil Alpha Calleja Ltd 4-3.

Sadanittant waslu aktar verdetti mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni fejn Alpha Albeta Group ġew promossi għall-ewwel diviżjoni wara r-rebħa dominanti ta’ 6-0 li kellhom kontra Top Spin TT Academy Valletta Pay Hexer. Rebħa simili kisbuha HITT Academy Valletta li għelbu lil MITTC Butterfly Superchak filwaqt li PBC Table Tennis Bluegrip kienu aħjar minn Topspin Academy Pay Fraser tant li rebħu 4-2.

Dawn kienu r-riżultati tad-diviżjonijiet l-oħra:

It-Tieni Diviżjoni – Relegation Pool

Topspin TT Academy Valletta Pay Supercores – PBC Table Tennis Bluefire 2-4

HiTT Academy Legends – HiTT Academy ITX 2-4

Topspin TT Academy Valletta Pay Novacell Alpha Flexxon 4-2

It-Tielet Diviżjoni – Promotion Pool

Kindred – Alpha Sensus 1-5

Alpha Dynatec – HiTT Academy Sports Experience 1-5

HiTT Academy Knights – Topspin TT Academy Valletta Pay Munro 2-4

It-Tielet Diviżjoni – Relegation Pool

Alpha Codexx – HiTT Academy Masters 3-4

Ir-Raba’ Diviżjoni – Placing Pool

HiTT Academy Faraxa – Sharp Shot Academy Novus 4-3