Internazzjonali

Imut OJ Simpson – l-eks plejer tal-NFL u attur li kien akkużat b’każ ta’ omiċidju doppju

OJ Simpson, l-eks plejer tal-Futbol Amerikan li fis-snin disgħin ma nstabx ħati dwar omiċidju doppju, miet bil-kanċer, fl-età ta’ 76 sena.

Simpson, li kien ukoll attur f’diversi films bħal ‘Naked Gun’, ma nstabx ħati dwar il-qtil ta’ martu, Nicole Brown, u ta’ ħabib tagħha, wara proċess tal-qorti fit-tul li seraq l-attenzjoni tal-poplu Amerikan.

L-ispekulazzjoni, iżda, qatt ma naqset meta l-prosekuturi baqgħu sal-aħħar jinsistu li Simpson kien qatel lil martu ‘f’dagħdigħa ta’ rabja u ġelosija’.

Il-verdett kien ingħata fl-1995, u fl-2008 hu kien spiċċa kundannat għal 33 sena ħabs fuq akkużi ta’ serq aggredit li fih intużat arma. OJ Simpson kien inħeles mill-ħabs fl-2017.