Internazzjonali

L-Oppożizzjoni fil-Korea t’Isfel tirbaħ b’maġġoranza kbira

Il-Partit Demokratiku fil-Korea t’Isfel li huwa l-partit fl-Oppożizzjoni, flimkien ma’ partiti oħra żgħar kisbu maġġoranza kbira fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ dan il-pajjiż, biex b’hekk mill-ġdid kisbu kontrol fil-Parlament.

L-Oppożizzjoni kisbet 192 siġġu minn 300 siġġu fl-Assemblea Nazzjonali, u dawn ir-riżultati huma meqjusa daqqa ta’ ħarta għall-President Yoon Suk Yeol, li fadallu tliet snin presidenza u li kien qed issib diffikultà jwettaq l-aġenda tiegħu b’leġiżlatura dominata mill-Partit Demokratiku.

Il-Mexxej tal-Partit PPP irriżenja, waqt li l-Prim Ministru Han Duck offra wkoll li jirriżenja.