Seħħet traġedja oħra fil-Mediterran li ħalliet numru ta’ vittmi wara li dgħajsa bl-immigranti fuqha spiċċat għerqet fiz-zona SAR, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti. Dan minħabba r-riħ qawwi li ħakem matul il-lejl li għadda, u li għamel il-kundizzjonijiet tal-baħar aktar diffikultużi.
L-awtoritajiet Taljani xorta intervjenew u salvaw 23 immigrant li kollha ttieħdu Lampedusa.
L-istess immigranti qed jgħidu li hemm 15 oħra li għadhom ma nstabux, fosthom tlett itfal.
S’issa, il-vittmi huma disgħa – inkluż tarbija ċkejkna.
//= $special ?>