Paul Abela kien ikkonfermat mill-ġdid bħala President tal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji.
Dan wara li kien hemm qbil waqt il-75 Laqgħa Ġenerali li ssir kull sena, sabiex jiġu appuntati l-President tal-Kamra u uffiċjali oħra.
Paul Abela rringrazzja lill-membri kollha tal-kunsill talli tawh il-fiduċja li jservi bħala President għal sena oħra. Abela rringrazzja wkoll lil Abigail Mamo, il-Kap Eżekuttiv tal-SME’s, għall-ħidma tagħha u tat-tim kollu tagħha.
Intant, Philip Fenech kien ikkonfermat bħala Deputat President u Marcel Mizzi kien ikkonfermat bħala Uffiċjal tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni.
//= $special ?>