Lokali

Żewġ persuni jweġġgħu f’inċident tat-traffiku f’Pembroke

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi, u mara ta’ 20 sena weġġgħet ħafif wara inċident bejn mutur u karozza f’Pembroke.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30pm, fi Triq il-Burma, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur Honda Hornet misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Imġarr, u Fiat 500 misjuqa minn mara ta’ 20 sena residenti Ħal Għargħur.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieqa l-Isptar Mater Dei, fejn ingħataw il-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.