Lokali

Debba salvata mit-toroq wara li ħarbet mill-Korsa tal-Marsa

Grupp ta’ erba’ persuni ħadmu flimkien biex tiġi salvata debba li ħarbet u spiċċat iddur fit-toroq tal-Marsa.

Il-Pulizija rnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni hekk kif jidher li d-debba ħolqot paniku kbir hekk kif bdiet iddur u tiġri bla kontrol qalb il-karozzi li kienu għaddejjin dak il-ħin mill-Marsa.

Il-Pulizija kkonfermaw ma’ Net News li d-debba ħarbet mill-Korsa tal-Marsa għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Fortunatament il-Pulizija kkonfermw ukoll li ħadt ma weġġa’ u li l-ebda vettura ma ġarrbet ħsarat.