Lokali

Francesca Zammit ta’ 20 sena rrapurtata nieqsa

Francesca Zammit, tfajla ta’ 20 sena, ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

Hija dehret l-aħħar aktar kmieni llum fl-inħawi ta’ Ħal Luqa.

Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub
jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq
in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.