Ġurnata ta’ ħidma fost il-Karkariżi – qalb in-nies, laqgħat mar-residenti, fost is-sidien tal-ħwienet, mat-tfal u ż-żgħażagħ. Dan hekk kif il-Kap tal-PN Bernard Grech kompla bil-ħidma tiegħu fil-lokalitajiet – din id-darba f’Birkirkara.
Bernard Grech beda l-jum billi żar l-ewwel il-proġett tal-Mediterranean College of Sport, fejn kellu l-opportunità jitkellem maż-żgħażagħ li kien hemm preżenti li tawh merħba mill-isbaħ. Il-Kap tal-PN qal li Gvern ġdid Nazzjonalista lest ikompli jinvesti fl-isports, anke bi sħubija mal-privat.
Wara li żar dan il-kumpless, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ntlaqa’ fil-Mużew tal-Bażilika Kolleġjata ta’ Santa Elena, fejn kien akkumpanjat ukoll mill-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u mid-deputati Justin Schembri, Julie Zahra u Beppe Fenech Adami, kif ukoll mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalsita Alex Perici Calascione.
Aktar tard wara nofsinhar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla bil-ħidma tiegħu f’Birkirkara b’diversi house visits, fejn ir-resdenti ta’ Birkirkara tkellmu ma’ Bernard Grech dwar diversi kwistjonijiet; fosthom il-kriżi tal-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-prezzijiet.
Bernard Grech fakkar ukoll li l-Partit Nazzjonlsita se jniedi l-kampanja elettorali tiegħu nhar l-1 ta’ Mejju waqt attività li se ssir fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, fejn preżenti se jkun hemm il-kandidati kollha tal-Kunsilli Lokali u tal-elezzjonijiet għall-Parlmanent Ewropew.
//= $special ?>