Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Ewropa Lokali

Ħidma kbira fil-qasam soċjali mill-MEP David Casa

Il-Membru Parlamentari Ewropew u Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa, il-Ġimgħa filgħaxija kellu l-aħħar laqgħa mis-sensiela ta’ attivitajiet ‘Jien x’għamilt fl-aħħar 5 snin’.

Ritratt: Martin Agius

Casa tkellem dwar kif din l-aħħar leġislatura kellha ħafna sfidi fosthom il-Covid-19, però hu bħala kwestur xorta kompla l-ħidma tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Spjega li bħala membru fit-tmexija tal-Parlament il-ħdima ma waqfet qatt.

Ritratt: Martin Agius

Ħidma li tat ħafna frott hekk kif l-iktar ħaġa importanti kemm għalih kif ukoll għall-kandidati kollha  Nazzjonalisti għall-Parlament Ewropew hija li tgħamel il-ġid lil ħaddieħor.

David Casa qal li dak kollu li hu relatat mal-qasam soċjali huwa ferm għal qalbu partikolarment il-liġi tal-Work Life Balance.

Ritratt: Martin Agius

Grazzi għal ħidma ta’ David Casa fil-Parlament Ewropej illum, il-membri kollha tal-Unjoni Ewropea igawdu minn 10 ijiem paternal leave imħallas, xahrejn parental leave imħallas kif ukoll ħamest ijiem ta’ carers leave fejn kull ħaddiem jkollu dritt għal leave flessibli biex jieħu ħsieb lill-qarib jew il-partner tiegħu meta dan ikun marid serjament.

Huwa saħaq li jinsab diżappuntat kif il-Gvern ta’ Robert Abela daħħal biss fis-seħħ il-minimu li titlob din il-liġi.

Ritratt: Martin Agius

David Casa stqar ukoll li hu ta’ unur għalih li matul din l-aħħar leġiżlazzjoni ċeda l-kariga tiegħu bħala kwestur biex b’hekk Roberta Metsola li kienet diga’ qed isservi bħala viċi President ikollha ċans li tilħaq President tal-Parlament Ewropew kif fil-fatt ġara.

Fost oħrajn waqt din l-attività David Casa tkellem ukoll dwar akwisti oħra li hu kiseb matul l-20 sena bħala membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista fosthom is-Social Climate fund, id-disabilty card kif ukoll in-nominazzjonijiet tiegħu għad-Dar tal-Providenza u s-Soup  Kitchen  għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.