Knisja Lokali

Imtella’ wirja fil-Floriana b’rabta mal-Ark Trijonfali ta’ San Publju

Bejn it-12 u l-14 ta’ April, fis-Sala San Publju fi Triq San Publju fil-Floriana se tkun qed tittella’ wirja b’rabta mal-Ark Trijonfali ta’ San Publju. 

Il-wirja se tkun qed tikkonsisti minn partijiet tal-Ark Trijonfali, li qiegħed jerġa’ jinbena mil-ġdid. 

Għal matul dawn il-jiem tal-Festa ta’ San Publju l-esebizzjoni se tkun miftuħa bejn is-6 u l-11pm.

Ara l-intervista b’rabta mal-ark hawnhekk: