Kunsilli Lokali Lokali

Is-Sindku Laburista tas-Siġġiewi jinqabad ixerred fake news

Kundanna mill-Fact-Checker tat-Times of Malta

Ritratt li poġġa’ s-Sindku tas-Siġġiewi fuq il-media soċjali qajjem ferment sħiħ fost ir-residenti. Dan wara li s-Sindku inqabad jigdeb dwar bankina.

Is-Sindku Dominic Grech xerred fake news permezz ta’ ritratt li ġie editjat bil-photoshop. U b’mod evidenti, Grech użat dan il-mezz elettroniku biex jaħbi l-istat diżastruż li kienet fih din il-bankina.

Anke t-Times ikkonkludiet li din il-propaganda tas-Sindku Laburista kienet falza.