Sport

It-tim nazzjonali tal-Polo f’konfront kontra l-Irlanda

Il-Malta Polo Club, b’kollaborazzjoni ma’ Equestrian Malta, se tkun qed torganizza l-Alexandria Cup hekk kif it-tim nazzjonali Malti se jkun qed jisfida lil dak Irlandiż għada s-Sibt, fil-Malta Equidrome fil-11.30am.

It-tim nazzjonali Malti se jkun magħmul minn Martin Arrigo, Jeremy Besancon, Matthew Borg u Karl Galea, bir-Repubblika Irlandiża li se tinkludi lil David Stone, Mark Stone, Eamon Laverty u Paul Ronan.

L-Umpires għal dawn iċ-Chukkas se jkunu Mark Darmanin u Chris Wightman, assistiti minn Philip Wismayer li se jkun it-tielet uffiċjal.

Dan se jkun ukoll avveniment speċjali għall-Malta Polo Club għax se jikun inawgurat scoreboard elettroniku li se jieħu post dak manwali li ilu jintuża għal dawn l-aħħar snin. Dan kollu grazzi għal Equestrian Malta li qed jaħdmu qatigħ sabiex jattiraw aktar timijiet barranin lejn pajjiżna.