Lokali Mużika

L-ewwel album minn SFERA

Waqt il-kunċert tat-tnedija tal-album 'Gatt Groove' (Ritratt Joe Smith)
Noel D'Anastas

SFERA nieda l-ewwel album tiegħu bit-titlu ‘Gatt Groove’ waqt żewġ kunċerti fi Spazju Kreattiv, fil-Belt, nhar it-3 u l-4 ta’ April.

SFERA ddedikaw dan l-album lil Charles ‘City’ Gatt, meqjus bħala missier il-mużika jazz lokali li kien ħalliena fi Frar ta’ sentejn ilu. L-album huwa kompost mill-pjanista Paul Giordmaina, il-moħħ wara SFERA li jinkludi mużiċisti bravi Oliver Degabriele (bass) u Ġuzè Camilleri (drums).

Mistiedna mat-trio SFERA waqt il-kunċert tat-tnedija, kien hemm il-kantanta Nadine Axisa u t-trombonist Żvediż, Bertil Strandberg.