Futbol Sport

Marsaxlokk isaħħu r-raba’ post fil-klassifika

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Santa Lucia……………..0

Marsaxlokk………………3

Santa Lucia: F. Filho, M. Ellul, D. Letherby (G. Virano 78′), S. Pisani, T. Abraham, T. Nagamatsu (G. Mensah 78′), J. Pisani, A. Mrdja, S. Moracci (A. Piazza 62′), S. Xerri, E. Gomes

Marsaxlokk: M. Calleja Cremona, W. Da Silva, K. Micallef (J. Walker 64′), N. Muscat (A. Vaikainah 90′), Y. De Messias (S. Boakye 90′), D. Bonnici, L. Aguirre, N. Raden, R. Scicluna (D. Dall’ Oca 82′), S. Akinbule (A. Obonogwu 90′), J. Junior

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: M. Scerri, J. Muscat

Marsaxlokk komplew isaħħu r-raba’ post fil-klassifka wara li għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0, bit-tliet gowls jaslu fit-tieni taqsima. B’din it-telfa fi tmiem din il-ġimgħa Santa Lucia jistgħu jinqabżu minn Mosta u jinżlu fil-11-il post tal-klassifka.

Santa Lucia sfaw jilagħbu bi player anqas meta fit-42 minuta tkeċċa Temitope Abraham wara li ntwerà t-tieni karta safra. Marsaxlokk fil-vantaġġ fit-72 minuta permezz ta’ penalty mogħti minn Yuri Messias. Erba’ minuti wara Marsaxlokk irduppjaw meta kien Jose Fernando Gomes li għeleb lil Silva. Il-partita ngħalqet fit-88 minuta meta kien freekick dirett ta’ Sunday Akinbule li għamel l-iskor finali 3-0.