Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic jegħleb lil Alex de Minaur biex jilħaq s-semifinali tal-Masters ta’ Monte Carlo

Novak Djokovic avvanza għas-semifinali tal-Masters ta’ Monte Carlo wara li għeleb lil Alex de Minaur 7-5 6-4.

Għat-tennista Serb, din hija s-77 seminfinali fl-ATP 1000 events u b’hekk qabeż lit-tennista Spanjol, Rafael Nadal. Fis-semifinali, Djokovic se jkun qed jilgħab kontra Casper Ruud wara li għeleb lil Ugo Humbert 6-3 4-6 6-1.

It-Taljan Jannik Sinner minn naħa tiegħu għeleb lil Holger Runne 6-4 6-7 6-3 sabiex fis-semifinali l-oħra jkun qed jilgħab kontra l-Grieg Stefanos Tsitsipas.

Sinner huwa l-unika tennista li f’dan l-istaġun irnexxielu jagħmila sas-semifinali tal-ATP 1000 events kollha.