Lokali

Partijiet mill-bini mill-ġdid tal-Arkata Trijunfali ta’ San Publiju f’wirja fil-Furjana

Wirja li matulha se jkunu esebiti partijiet mill-bini mill-ġdid tal-Arkata Trijunfali ta’ San Publiju li nqerdet fil-Furjana b’nirien f’attakk vandalu f’April ta’ ħames snjn ilu, se tkun miftuħa għall-pubbliku mil-lum il-Ġimgħa sa nhar il-Ħadd li ġej fit-tetattiv li jinġabru parti sostanzjali mis-somma ta’ €40,000 li fadal tinġabar għall-kostuzzjoni mill-ġdid ta’ din l-arkata.

Bħalissa, il-komunità tal-Furjana qed tiċċelebra l-festa ta’ San Publiju. Din l-istruttura unika fil-Gżejjer Maltin  kienet tintrama ta’ kull sena fil-lokalità tal-Furjana fiż-żminijiet tal-festa.

L-istruttura unika u ewlenija tal-wirt kulturali Malti, se tkun tista’ titla’ mill-ġdid bl-għajnuna tal-komunità kif ukoll ta’ negozjanti, fil-Furjana. Diġà nkisbu fondi mill-Gvern u ngħataw ħafna donazzjonijiet. B’kollox, il-bini mill-ġdid ta’ din l-arkata se tkun swiet madwar €140,000.

Il-kampanja biex terġa’ titwaqqaf u tinbena mill-ġdid l-Arkata Trijunfali ta’ San Publiju li nbniet 120 sena ilu, intilfet wara ħsarat kbar li ġarrbet fl-attakk li kien sar fuqha meta nqerdet bin-nirien li kieku tqabbdu minn vandali f’April tal-2019.

L-istruttura oriġinali kienet inawgurata f’April tal-1898 fuq disinn ta’ Giorgio Cassar u li kienet inbniet biex tfakkar lil San Publiju. L-Arkata kienet waħda mill-eqdem u l-akbar li tintrama f’pajjiżna kif ukoll kienet attrazzjoni ewlenija fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ kull sena fil-festa ewlenija fil-Furjana. Din il-wirja se tkun miftuħa fis-sala ewlenija ta’ San Publiju, fil-Furjana, fejn uħud mill-esebiti se jinkludu r-rikostruzzjoni ta’ din l-arkata.