Sport

Rebħa kbira tikkwalifika lil Malta għar-rawnd prinċipali Ewropew tal-futsal

It-tim Nazzjonali Malti tal-futsal kiseb rebħa kbira ta’ 8-0 kontra l-Ġibilitaà fit-tieni partita tiegħu minn Grupp Ċ tar-Round Preliminari għall-kwalifikazzjoni fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-UEFA Futsal 2026.

Din kienet it-tieni rebħa għat-tim Nazzjonali Malta li fl-ewwel partita minn Grupp C kien għeleb lill-Iskozja 4 – 1

Kif jindika l-iskor, it-tim Nazzjonali ddomina għalkollox l-avversarji modesti bħal Ġibilità.

Il-gowls għal Malta kienu b’mod regolari fejn Mark Zammit u Maikinho skurjaw tliet gowls kull wieħed. Il-bqija tal-gowls għal Malta skurjati minn Celino Alves u Manuel Telisi.

It-tim Malti huwa mmexxi mill-kowċ Gabriel Dobre.

L-aħħar partita minn dan il-grupp issa tkun kontra l-Iżvizzera, fejn ikun xi jkun ir-riżultat, it-team Malti huwa garantit minn kwalifikazzjoni għar-Rawnd Principali li jintlgħab fit-tieni ġimgħa ta’ Diċembru.