Internazzjonali

Ukrajna: 200,000 persuna bla elettriku wara attakk mir-Russja fuq impjant fil-limiti ta’ Kiev

Tal-anqas 200,000 persuna spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku wara li l-qawwiet Russi attakkaw impjant li jinsab ftit ‘il barra mill-belt kapitali Ukrena, Kiev.

Rapporti qalu li dan l-impjant inqered għalkollox kaġun tal-attakk bil-missili u bid-drones. Ingħad ukoll li ftit tas-sigħat wara, ir-Russja attakkat impjant ieħor, din id-darba fir-reġjun ta’ Sumy, iżda fortunatament jidher li ma kienx hemm vittmi kaġun ta’ dawn l-attakki.

Intant, fl-aħħar sigħat il-President tar-Russja Vladimir Putin qal li r-Russja kienet obbligata li twettaq dawn l-attakki fuq l-Ukrajna bil-għan li tkompli ddgħajjef il-militar Ukren.