Internazzjonali

Fl-Awstralja: Tarbija taqla’ daqqiet ta’ sikkina f’kumpless kummerċjali – ħamsa mejta

Fl-Awstralja sitt persuni huma mejta wara li qallaw daqqiet ta’ sikkina f’ċentru kummerċjali f’Sydney .Il- pulizija f’konferenza stampa qalet li ssuspettat kien raġel u inqatel minn uffiċjal tal-pulizija. Fost il-midruba hemm ukoll tarbija li qed tiġi operata.

Matul il-konferenza il-pulizija qalet li l-aggressur “aġixxa waħdu” u l-pulizija qalet li m’hemm “l-ebda theddida kontinwu” għall-pubbliku.

L-ambulanzi u pulizija fiż-żona ta’ Bondi Junction wieġbu għal “rapporti ta’ raġel jiġri madwar Westfield b’sikkina”. Il-Prim Ministru Awstraljan offra r-ringrazzjament tiegħu lill-ewwel rispons filwaqt li il-Pulizija qed tkompli tħeġġeġ lin-nies biex jevitaw iż-żona wara li mijiet ta’ nies ġew evakwati miċ-ċentru tax-xiri.

.