Internazzjonali

Cable car fit-Turkija tħalli persuna mejta u 10 midruba

Persuna tilfet ħajjitha u seba’ persuni oħra qed isofru minn xi ġrieħi wara li cable car fit-Turkija laqtet arblu li ġarrab minn xi ħsarat.

Kaġun ta’ dan, partijiet mill-cable car sofrew minn ħsarat serji tant li spiċċat infetħet. Fil-fatt, il-vittma, Tork ta’ 54 sena spiċċa waqa’ mill-cable car għal isfel.

L-inċident seħħ qrib Antalya, waħda mill-ibliet popolari mat-turisti. Fost dawk li ġew feruti hemm żewġt itfal. L-inċident ħalla iktar minn 180 persuna maqbuda f’cable cars oħra sakemm wara 19-il siegħa ġew salvati kollha f’operazzjoni li nvolviet ħidma b’ħelikopters, u ‘l fuq minn 500 ħaddiem ta’ salvataġġ.