Lokali

Ċiklist ieħor midrub f’temp ta’ ġimgħa

Ċiklist ta’ 41 sena minn Ħal Tarxien sofra ġrieħi ħfief wara li ntlaqat minn sewwieq ta’ 31 sena li kien qed issuq vann waqt li kien sejjer lejn l-Immqaba.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15am, u l-pulizija qed tinvestiga. Dan huwa t-tieni ċiklist li weġġa’ fi ftit jiem, wara l-inċident riċenti ta’ Jordan Galea Pace fejn weġġa’ wara li ħabat mal-bankina wara li spiċċat il-kareġjata ta’ ċiklisti.

Jipprova jevita t-traffiku u jikser il-minkeb ta’ kull id – NETnews