Futbol Sport

Draw bla gowls fid-Derby Della Mole

(Ritratt: EPA)

Fid-Derby Della Mole kompliet il-forma ħażina ta’ Juventus hekk kif naqsu milli jirbħu għal darb’oħra f’partita kruċjali wara li ġew miżmuma mir-rivali Torino 0-0. Il Bianconeri jinsabu fit-tielet post b’63 punt wara 32 logħba, filwaqt li Torino jinsabu fid-disa’ post b’ 45 punt.

Il-kowċ ta’ Torino Ivan Juric intwera l-karta ħamra fis-87 minuta wara bosta kummenti lejn ir-referee.

Bħal partita preċidenti, Bologna ukoll ġew miżmuma 0-0, pero kontra Monza.

Dawn ir-riżultat jfissrru li issa Bologna jinsabu biss 4 punti taħt Juventus. Bologna jokkupaw ir-raba’ post b’59 punt, 4 punti iżjed minn Roma, pero partita iktar mill-Giallorossi.

Fl-ewwel partita tal-ġurnata Lecce komplew jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni hekk if għelbu lil Empoli 1-0 b’gowl ta’ Nicola Sansone fid-89 minuta. Telfa għal Empoli li tressaqhom iktar viċin iż-żona l-ħamra.

SERIE A
Il-Ġimgħa
Lazio v Salernitana 4-1
Illum
Lecce v Empoli 1-0
Torino v Juventus 0-0
Bologna v Monza 0-0
Għada
Napoli v Frosinone 12:30pm
Sassuolo v Milan 3:00pm
Udinese v Roma 6:00pm
Inter v Cagliari 8:45pm
It-Tnejn
Fiorentina v Genoa 6:30pm
Atalanta v Verona 8:45pm