Lokali Sport

“Gvern ġdid Nazzjonalista jkompli jinvesti fl-isport” – Bernard Grech

Gvern ġdid Nazzjonalista jkompli jinvesti fl-isport biex jara li uliedna jirnexxu lkoll billi jkompli jiżviluppa l-kunċett ta’ sħab mal-privat.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech matul żjara li għamel fil-Mediterranean College of Sport, li jinsab fil-Kumpless Sportiv ta’ San Alwiġi, f’Birkirkara.

Hawn, il-Kap tal-Partit Nazzjonalisat kellu l-opportunità jitkellem maż-żagħżagħ li kien hemm preżenti u li tawh merħba mill-isbaħ. Huma spjegawlu l-entużjażmu tagħhom meta jaraw li jistgħu jkomplu jistudjaw filwaqt li jieħdu gost jitgħallmu jipprattikaw aktar l-isport li jħobbu.

Min-naħa tagħhom, ir-rappreżentanti tat-tmexxija tal-iskola spjegaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-impenn tagħhom biex jaraw li jżewġu l-iskola mal-isport għal etajiet differenti. B’hekk, l-istudenti li jattendu jkunu jistgħu jitgħallmu s-suġġetti akkademiċi, filwaqt li jgħixu ħajja sana bl-isport.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat minn Kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f’Birkirkara.