Futbol Sport

Ħamrun iżommu l-pass ma’ Floriana b’rebħa minima fuq Gżira

(Ritratt: Joseph Galea)

Neil Camenzuli

GŻIRA UNITED ………………………………………0

ĦAMRUN SPARTANS …………………………….1

Gżira U.: D.Zarkoc, C.Conceiaco (L.Riascos 62’), G.Bohrer, A.Borg, T.Aldama, Z.Scerri, M.Dias (K.Spence 85’), L.Macula, F.Zuniga, Z.Cassar, B.Borg

Ħamrun S.: F.Marchetti, L.Montebello (E.Bruno 85’), R.Prsa, E.Freitas, O.Bjelicic, J.Corbolan, S.Paintsil (S.Borg 71’), C.Rutjens, E.Marcelina, R.Camenzuli, J.Robert

Imwissija: D.Zarkov 83’, L.Macula 88’(G) E.Marcelina 23’, R.Camenzuli 45’ , R.Prsa 88’ (Ħ)

Tkeċċa: E.Marcelina 69’ (Ħ)

Skorjaw: R.Prsa 45’ (Ħ)

Referee: Malcom Spiteri

Assistenti Referees: Roberto Vella u Max-Lee Muscat

BOV Plejer tal-Logħba: Roko Prsa (Ħamrun Spartans)

Ħamrun żammew il-pass ma’ Floriana meta kisbu rebħa minima imma kruċjali fuq Gżira United ta’ 1-0, bil-gowl ta’ Prsa fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima ikun fundamentali fir-rebħa.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet wara 14-il minuta meta l-aqwa skorer tal-kampjonat Luke Montebello ħarab b’ġirja mix-xellug u pprova jsib ix-xibka, bl-attakkant jolqot il-minduda u l-ballun joħroġ barra.

L-ewwel taqsima totalment nieqsa mill-azzjonijiet, madankollu fit-43 minuta id-difensur Gabriel Bohrer li huwa l-aqwa skorer ta’ Gżira ttanta xortih minn barra l-kaxxa b’xutt b’saħħtu li ħabat mal-wieqfa, bil-ballun jaħbat ma dar l-goalkeeper Marchetti u jinżel għand Macula, bl-attakkant minn ftit metri ‘l bogħod ma jirnexxielux isib ix-xibka.

Minuta wara, Gżira jibqgħu perikolużi minn barra l-kaxxa b’xutt tajjeb ta’ Zachary Scerri fil-baxx jgħaddi verament ftit barra.

Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima, Roko Prsa fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras baxxa mill-kross preċiż ta’ Rutjens, bil-midfielder Kroat jagħti l-vantaġġ lill-Ispartans bir-referee jsaffar għal tmiem l-ewwel tlett kwarti logħob.

Gżira ħarġu fuq l-attakk fit-tieni taqsima hekk kif fil-55 minuta azzjoni impekkabli ta’ Thaylor Aldama mil-lemin tirriżulta fi kross baxx lejn Borg, bl-attakkant ma jirnexxielux jolqot il-ballun u jispiċċa barra.

Fid-69 minuta tkeċċa l-captain ta’ Ħamrun Spartans Emerson Marcelina wara li kkommetta foul fuq Cassar.

L-aħħar 20 minuta logħob nieqsa mill-azzjonijiet, b’Gżira United iffitxu l-gowl tad-draw u Ħamrun jirreżistu tajjeb u jżommu l-avversarji ‘l bogħod mill-lasta.

Ix-xutt ta’ Montebello ħabat mal-minduda wara 14-il minuta (Ritratt: Joseph Galea)