Internazzjonali

Id-drittijiet tal-bniedem miksura quddiem it-tibdil fil-klima

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qalet li l-Gvern Żvizzeru kiser id-drittijiet tal-anzjani hekk kif mhux jagħmel biżżejjed biex jiġġieled it-tibdil fil-klima.

Il-kawża nfetħet minn grupp ta’ madwar 2,000 anzjan, li huma l-aktar affettwati mis-sħana estrema minħabba it-tibdil fil-klima. Is-sentenza hija l-ewwel tat-tip tagħha. L-Unjoni Ewropea, li ma tinkludix lill-Isvizzera, għandha l-mira li sal-2050 jilħqu miri sabiex jiġġieldu l-effetti li qed iġġib magħha t-tibdil fil-klima.

Is-sentenza toħloq preċedent legali għal kawżi futuri kontra l-gvern Żvizzeru. Il-każ huwa meqjus bħala rebħa kemm għan-nisa anzjani kif ukoll għall-komunità globali.