Lokali

Jinħoloq it-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa minħabba inċident; ħadd ma jweġġa’

Fortunatament, l-ebda persuna ma sofriet minn xi ġrieħi wara li vann u karozza kienu involuti f’ħabta fi Triq Għajn Tuffieħa, il-Mellieħa.

L-inċident seħħ fil-10:50 am meta għal xi raġuni seħħet il-ħabta fid-direzzjoni lejn Għajn Tuffieħa.

Fil-post inħoloq xi ftit tat-traffiku kawża ta’ dan l-inċident.

Issejjaħ tim mediku biex jassistu lil dawk involuti iżda rrifjutaw l-assistenza medika hekk kif jidher li ma weġġgħux.