Tazzardawx
Hekk wissa l-President tal-Istati Uniti Joe Biden lill-Iran hekk kif qed tikber dejjem aktar il-possibiblta li l-Iranjani jirritaljaw kontra Iżrael. Dan wara li Iżrael, għalkemm qatt ma ammetta, wettaq attakk fuq il-konsolat tal-Iran fis-Sirja, fejn inqatlu numru ta’ kmandanti.
Biden wissa lil Iran li jekk dan jattakka lil Iżrael, l-Amerika se turi l-appoġġ kollu tagħha lil Iżreal; u għalhekk kull attakk mill-Iran mhux se jkun ta’ suċċess.
L-Iran dejjem wera l-appoġġ tiegħu lill-Hamas li huma responsabbli għall-attakki ta’ 7 ta’ Ottubru. Dan filwaqt li l-Iranjani qed jibqghu jappoġjaw gruppi oħra fosthom il-Hezbollah.
Intant, l-ikbar tħassib huwa meta eżatt se jattakka l-Iran u b’liema qawwa se jattakka hekk kif hemm ċans li l-Iran ma jattakkax għalissa biex b’hekk Iżrael ma jkunx lest għal dan l-attakk.
//= $special ?>