Aktar minn 100 drone u ghexieren ta’ missili gew sparati mill-Iran bhala ritaljazzjoni fuq Izrael; dan wara l-attakk li kien sehh fuq il-belt ta’ Damasku.
L-Iran sparaw numru kbir ta’ missili ballistiċi u missili cruise. Qed jinghad li din kienet “l-ewwel mewġa” ta’ missili.
Izrael qed jghid li l-maġġoranza tal-missili u d-drones ġew interċettati. L-uniku mira li intlaqtet kienet bazi militari fin-naha ta’ isfel ta’ Izrael.
L-attakk bid-drones u l-missili mill-Iran qed jissejjah ‘Operation True Promise’, u esperti militari qed jgħidu li dan huwa “attakk bla preċedent”.
S’issa, għadu mhux ċar b’liema mod se jkun qed iwieġeb Izrael għal din l-azzjoni minn Teheran.
Ghall-habta tal-11pm, il-Prim Ministru Netanyahu sejjah laqgha urgenti tal-Kabinett. Dan filwaqt li l-President Amerikan irritorna l-White House, fejn qed jinzamm kontinwament aggornat.
Intant, fl-ahhar hin, il-Gordan sejjah stat ta’ emergenza. Dan filwaqt li l-Eġittu appella biex is-sitwazzjoni ma teskalax.