Malta rnexxielha żżomm ir-rekord perfett fi Grupp C tal-UEFA Futsal Euro wara li għelbu lill-ospitanti tal-kompetizzjoni Svizzera bl-iskor ta’ 2-1 fil-Mobilar Arena f’Bern iktar kmieni llum.
It-tim immexxi minn Gabriel Dobre kien diġa matematikament ikkonfermat fl-ewwel post wara li għelbu l-Iskozja 4-1 u lill-Gibilta’ 8-0.
Fil-partita tal-lum kien Marwan Telisi li sab ix-xibka wara biss 4 minuti, b’ Michael Borg jirdoppja l-iskor. Il-gowl tal-Isvizzera kien skorjat minn Andi Qerfozi.
//= $special ?>