Lokali

Mijiet ta’ persuni jattendu għall-Open Day fil-Malta Air Traffic Services

Matul il-jum tas-Sibt, ittellgħet Open Day fil-Malta Air Traffic Services fejn il-pubbliku kellu l-opportunità jara minn wara l-kwinti l-ħidma ta’ din l-entità.

Għal din l-open day, il-pubbliku seta’ jirreġistra sabiex jirriserva post għal guided tour madwar il-Malta Air Traffic Services, fejn kien hemm rispons qawwi tant li t-tours kollha disponibbli ġew mimlija fi ftit ħin.

Waqt il-guided tours, il-viżitaturi żaru, fost oħrajn, il-Control Room, l-Operations Room, it-Technical Room, l-Aeronautical Information Management Office u t-Training Room fejn ingħataw spjegazzjoni dettaljata tal-irwol ta’ kull taqsima.

Dan l-avveniment mar tajjeb mal-pubbliku b’mod speċjali dawk li jinteressaw ruħhom fl-avjazzjoni speċjalment għaliex l-aħħar open day organizzata mill-MATS kienet lura fl-2015.