Futbol Sport

Newcastle b’rebħa kbira fuq Tottenham Hotspur

(Ritratt: EPA)

F’ St. James Park, Newcastle United kisbu rebħa kbira u meritata ta’ 4-0 fuq Tottenham Hotspur, b’dan ir-riżultat ma jkun xejn tajjeb għat-tim ta’ Ange Postecoglu fil-mixja tagħhom lejn post mal-ewwel 4.

Il-Magpies fetħu l-iskor wara biss nofsiegħa logħob permezz tal-attakkant prolifiku Alexander Isak meta għeleb lil Dubravka mill-viċin  bis-suġġeriment jasal minn Gordon.

Żewġ minuti war Newcastle rdoppjaw l-iskor meta issa kien Anthony Gordon li ħoloq l-ewwel azzjoni li niżżel ismu fost l-iskorers.

Fil-51 minuta wasal it-tieni gowl ta’ Isak u t-tielet gowl ta’ Newcastle meta l-attakkant Żvediz kompla ġewwa mill-assst ta’ Guimaraes.

Ir-raba’ u l-aħħar gowl wasal fl-aħħar minuti tal-partita mid-difensur ċentrali Fabian Schar.

Riżultat ieħor kbir din id-darba għal Manchester City li komplew jitfgħu l-pressjoni fuq Liverpool u Arsenal fit-taqtigħa għat-titlu meta għelbu lil Luton Town 5-1;

Is-Citizens fetħu l-iskor l-ewwel wara 2 minuti logħob b’auto-gowl ta’  Daiki Hashioka.

Luton Town irnexxhielhom iżommu l-avversarji sal-64 minuta sakhemm Matteo Kovacic skorja t-tieni gowl, segwit minn penalty skorjat minn Erling Haaland fis-76 minuta.

5 minuti wara Luton Town naqsu l-iskor permezz ta’ gowl tal-eks Chelsea Ross Barkley, madankollu ftit minuti wara Man. City skorjaw żewġ gowls oħra li waslu minn Jeremy Doku u Josko Gvardiol, bid-difensur jiskorja fit-tieni partita konsekuttiva.

Rebħa tajba għal Brentfod fil-Gtech Community Stadium kontra Sheffield United bl-iskor finali jkun 2-0.

L-ewwel gowl ukoll wasal minn auto-gowl, din id-darba minn Oliver Arblaster.

Fit-93 minuta Frank Onyeka ssiġilla r-rebħa mill-assist ta’ Schade.

Brighton ġew miżmuma 1-1 minn Burnley barra minn darhom. Burnley jinsabu fid-19-il post.

Żewġ gowls f’temp ta’ 5 minuti hekk kif l-ewwel Josh Bronwhill ta l-vantaġġ momentarju lil Burnley, b’ Brighton jagħmlu l-iskor indaqs b’auto-gowl ieħor, din id-darba mill-goalkeeper Arijanet Muric.

Draw ieħor din id-darba fis-City Ground bejn Nottingham Forest u Wolverhampton Wanderers bl-iskor ikun 2-2.

Doppjeta ta’ Matheus Cunha, bil-gowls jaslu fl-40 minuta u 62 minuta kienu l-gowls għal Wolves, filwaqt li Nottignham Forest dawru r-riżultat darbtejn permezz ta’ Morgan Gibbs-White fis-46 minuta u Danilo fis-57 minuta.

Diżappunt ukoll għal Manchester United li fallew milli jirbħu kontra Bournemouth fil-Vitality Staidum bl-iskor finali jkun 2-2.

Dominic Solanke kien l-awtur tal-ewwel gowl wara ftit iktar minn kwarta logħob, segwit mill-gowl tad-draw Bruno Fernandes li skorja t-tieni gowl kosekuttiv tiegħu, u eventwalment skorja gowl ieħor fil-partita minn penalty fil-65 minuta biex għamel l-iskor indaqs għat-tieni darba wara li Justin Kluivert sab ix-xibka fis-36 minuta.

PREMIER INGLIŻ
Illum
Newcastle U. v Tottenham 4-0
Brentford v Sheffield U. 2-0
Burnley v Brighton 1-1
Man.City v Luton T. 5-1
Nott. F v Wolves 2-2
Bournemouth v Man, U 2-2
Għada
Liverpool v C.Palace 3:00pm
West Ham v Fulham 3:00pm
Arsenal v A.Villa 5:30pm
It-Tnejn
Chelsea v Everton 9:00pm