Lokali

“Nirranġaw il-bankini bis-serjetà, mhux bil-photoshop”- PN

F’stqarrija mil-Kunsilliera fis-siġġiewi tal-Partit Nazzjonalista jikkundannaw it-tixrid ta’ fake news mis-Sindku Laburista tas-Siġġiewi. L-aħbar ippubblikata lbieraħ li s-Sindku bagħbas ritratt tiegħu biex jaħbi d-diżastru ta’ bankini li Kunsill Laburista ħalla fis-Siġġiewi, huwa konferma ta’ kemm is-Siġġiewi għandu bżonn bidla fit-tmexxija.

Kunsill Nazzjonalista ma jittrattax lis-Siġġiwin ta’ injoranti, ma jgħaddix iż-żmien bihom, iżda jservihom billi jtejbilhom il-ħajja tagħhom ta’ kuljum. 

Il-politiku, f’kull aspett, għandu jkun trasparenti u onest. It-tweġiba tas-Sindku lill-ġurnalist tat-Times of Malta turi arroganza u attitudni ta’ cowboy, f’mument meta l-politiku huwa mistenni minnu trasparenza, kontabilità u onestà.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem għas-Siġġiwin biex is-Siġġiewi tieħu dak li jistħoqqilha – kwalità ta’ ħajja aħjar. 

Is-Sindku Laburista tas-Siġġiewi jinqabad ixerred fake news – NETnews