Stewart Said
Wara telfa minima fl-ewwel logħba tagħhom fil-Kampjonat Premier, Sirens kisbu l-ewwel tliet punti fil-kampjonat b’rebħa netta fuq Marsaskala ESC. B’eċċezzjoni ta’ mumenti fit-tieni sessjoni, Sirens dejjem kellhom il-kontroll tal-logħba.
Huma bnew vantaġġ ta’ 3-0 fl-ewwel sessjoni, b’Marsaskala jnaqqsu d-distakk għal 4-3 sal-ewwel mumenti tat-tieni sessjoni. Doppjetta ta’ Gianni Farrugia wessgħet id-distakk għal 6-3 sakemm gowls minn Mark Carani u Jake Ciantar ħallew lil Marsaskala qrib. Madankollu Sirens reġgħu skorjaw darbtejn oħra u bdew it-tielet sessjoni b’vantaġġ ta’ 8-5.
It-tim immexxi minn Ranko Perovic aċċerta mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’sitt gowls mingħajr risposta fosthom tripletta ta’ Gianni Farrugia. Sirens baqgħu jilagħbu għal-livell tagħhom anki fl-aħħar sessjoni u kellhom l-opportunità li jkabbru l-marġni tar-rebħa.
SIRENS………………………. 20
MARSASKALA ESC…………. 9
(4-2), (4-3), (6-0), (6-4)
Sirens: M. Bonello DuPuis, J. Falzon (1), K. Erdogan, P. Borg, J. Cachia (7), K. Agius (1), M. Chircop, I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (6), M. Sciberras, M. Azzopardi (1), I. Schembri, M. Ortoleva (1)
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), J. Colombo, J. Pace Mizzi, M. Agius, E. Bilgrin, K. Navarro, M. Farrugia (1), K. Grech, G. Sammut (3), J. Ciantar (2), M. Carani (2), M. Borg, L. Montebello Brownrigg
Referees: Alex De Raffaele, Stefan Licari
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sirens 2 1 0 1 32 22 3
Neptunes 1 1 0 0 11 4 3
San Ġiljan 1 1 0 0 13 12 3
Valletta 1 1 0 0 12 11 3
Sliema 1 0 0 1 11 12 0
Marsaskala 2 0 0 2 13 31 0
Logħob għal-lum
Neptunes v Valletta 4.10pm
San Ġiljan v Sliema 5.20pm
Rebħiet għal Birżebbuġa u Otters fl-Ewwel Diviżjoni
Mill-Ewwel Diviżjoni, Birżebbuġa Freeport kisbu t-tieni rebħa minn żewġ logħbiet. Rebħa meritata kontra Ta’ Xbiex Amigos minkejja li ma ddominawx kontra tim pjuttost żagħżugħ. Ta’ Xbiex kellhom vantaġġ darba fil-logħba b’gowl ta’ Vito Figliomeni fit-tieni sessjoni sakemm Malcolm Manara ġab id-draw.
Birżebbuġa ħadu r-riedni tal-logħba fit-tielet sessjoni u kisbu l-vantaġġ meħtieġ biex setgħu jiksbu l-punti b’doppjetta ta’ Giuseppe Mannino u gowl ieħor ta’ Manara. Neil Cassar u Mannino komplew ikabbru l-vantaġġ fl-aħħar sessjoni bil-gowl ta’ konsolazzjoni ta’ Zion Bartolo ma jkunx biżżejjed biex jevita t-telfa għat-tim tiegħu.
Fil-logħba l-oħra, waslet l-ewwel rebħa għal Otters Nivea f’logħba missielta kontra Marsaxlokk MFF bl-iskor ta’ 10-7. Wara li fl-ewwel parti tal-logħba, id-distakk kien minimu bejn iż-żewġ timijiet, Otters fetħu vantaġġ ta’ 7-4 b’Russell Spiteri jħalli lil Marsaxlokk fil-logħba. Kienu gowls ta’ Andrew Dimech u Karl Scicluna li kabbru d-distakk għal 9-5 u setgħu jamministraw il-vantaġġ.
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Birżebbuġa 2 2 0 0 16 9 6
Marsaxlokk 2 1 0 1 24 14 3
Exiles 1 1 0 0 13 9 3
Otters 2 1 0 1 15 15 3
Ta’ Xbiex 2 0 0 2 13 21 0
Barracudas 1 0 0 1 4 17 0
Riżultati
Ilbieraħ
Marsaxlokk v Otters 7-10
Ta’ Xbiex v Birżebbuġa 4-8
Logħob għal-lum
Exiles v Barracudas 3.00pm
//= $special ?>