Lokali

Tkompli l-ħidma lejn l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju

Ma taqta’ xejn il-ħidma minn naħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, hekk kif il-Ġimgħa qatta’ ġurnata qalb il-Karkariżi – ħidma li hija parti mill-programm ta’ attivitajiet bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li se jsiru fit-8 ta’ Ġunju.  

F’Birkirkara, il-Kap tal-PN żar il-Każin tal-Banda Santa Liena u l-Każin tal-Banda Duke of Conaught’s Own. Hawn, Bernard Grech seta’ japprezza x-xogħol volontarju li jsir minn dan is-soċjetajiet mużikali – u l-impenn taż-żgħażagħ li huma parti minn dawn il-każini.

Intant wara ġurnata impenjattiva, Bernard Grech kellu wkoll laqgħa mal-Kumitat Sezzjonali ta’ Birkirkara.

Il-Partit Nazzjonalista se jniedi l-kampanja tiegħu għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju, f’attivita li  se ssir  fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta nhar l-1 ta’ Mejju.