Internazzjonali

Awstralja: Joel Cauchi huwa l-aggressur li qatel sitt persuni b’diversi daqqiet ta’ sikkina

Joel Cauchi ta’ 40 sena ġie identifikat bħala l-aggressur li qatel sitt persuni f’ċentru kummerċjali f’Sydney bl-aggressur inqatel minn uffiċjal tal-Pulizija.

Apparti l-vittmi, kien hemm numru ta’ midruba fosthom tarbija ta’ disa’ xhur li bħalissa tinsab l-isptar u qiegħda f’kundizzjoni kritika. Iżda sfortunatament omm it-tarbija hija fost il-mejtin b’rapporti internazzjonali qalu li l-mara għaddiet it-tarbija lin-nies tal-madwar wara li hi spiċċat b’daqqiet ta’ sikkina bil-għan li t-tarbija ssalva.

L-awtoritajiet Awstraljani qalu li l-attakk x’aktarx seħħ kaġun ta’ problemi ta’ saħħa mentali li kellu l-aggressur dan filwaqt li ddeskrivewh bħala att ta’ terrur.