Futbol Sport

Bayer Leverkusen champions tal-Ġermanja għall-ewwel darba fl-istorja

Ritartt: EPA

Bayer Leverkusen saru champions tal-Ġermanja għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom meta għelbu lil Werder Bremen 5-0 fil-partita tagħhom. B’hekk huma temmew id-dominanza ta’ 11-il staġun in fila li rebħa l-Bundesliga. Taħt it-tmexxija ta’ Xabi Alonso Bayer Leverkusen għadhom m’humiex megħluba dan l-istaġun. Il-gowls għal Leverkusen waslu permezz ta’ Victor Boniface, Granit Xhaka u hat-trick ta’ Florian Wirtz, li kienu fost l-aktar plejers importanti għalihom dan l-istaġun. Dan l-istaġun huma skorjaw 74 gowl sa issa u qalgħu biss 19-il gowl. Wara l-partita ċelebrazzjonijiet kbar fil-pitch hekk kif il-partitarji niżlu flimkien mal-plejers jiċċelebraw ir-rebħ ta’ dan l-unur.