Futbol Sport

Draw għal Valletta kontra Hibernians li jħallihom viċin ir-relegazzjoni

HIBERNIANS …………….. 2

VALLETTA ………………….. 2

Hibernians: I. Kone, F. Apap, K. Shaw, L. Caruana, J. Degabriele A.Souza Silva, Gabriel Artiles, Claudio Bonanni, M. Bagayoko, R. Akowuah Antwi, H. Alves.

Valletta: A. Guarnone, J. Ramires, F. Barrientos, G. De Oliveira Vieira, J. Azzopardi, K. Ewurum, F. Falcone, B. Diego Paiber, V. Luiz

Referee: S.Petrovic

Assistenti Referees: D.Sultana, J.Muscat

Fl-Istadium Nazzjonali draw ta’ 2-2 bejn Hibernians u Valletta, liema draw ħalla lil Valletta jissieltu fiż-żona ta’ relegazzjoni, ħames punti ‘l bogħod mis-salvazzjoni. Għal Hibernians dan id-draw ħallihom fil-ħames post tliet punti ‘l bogħod minn Marsaxlokk, fit-taqtiegħa tagħhom għall-post fl-Ewropa.

Fl-34 minuta Valletta fetħu l-iskor meta b’xutt fil-baxx kien Brandon Paiber li ħasad lil Ibrahim Kone għal 1-0. Fil-55 minuta Hibernians kisbu d-draw b’gowl ta’ Akowuah Antwi, b’Valletta jerġgħu immorru fil-vantaġġ fit-63 mintua b’konklużjoni ta’ Garba. Biex fid-89 minuta Hibernians kisbu l-gowl tad-draw meta kien Jurgen Degabriele li b’xutt minn tarf il-kaxxa xeħet fix-xibka għal 2-2.