L-24 programm Sport Extra ta’ llum huwa wieħed specjali li minħabba raġunijiet teknici ma
kienx ixxandar f’Ħadd il-Għid.
Filwaqt li fl-ewwel parti enfażi dwar il-wirja Pelé: Forever O Rei organizzata minn Kenneth
Formosa u Dr. Persio Luis Nicoletti fil-Mużew tal-Posta fil-Belt li tiġbor fiha memorabilja
unika dwar Pele’, fit-tieni parti tal-programm il-mistieden specjali huwa il-leġġenda tal-
futbol Brażiljan Jose’ Altafini.
Altafini jibqa’ wieħed mill-aqwa plejers tal-futbol fis-snin 60 u 70 u rebaħ mhux biss it-Tazza
tad-Dinja tal-1958 flimkien ma’ Pelé, iżda kellu suċċessi oħra fil-futbol Ewropew ma’ Milan
fejn biż-żewġ gowls tiegħu, it-tim immexxi minn Nereo Rocco fl-1963 rebaħ it-Tazza tac-
Champions kontra Benfica.
Jose’ Altafini fl-Italja lagħab ukoll ma’ Napoli u Juventus fejn rebaħ 4 darbiet il-kampjonat.
Meta rtrira Altafini kien bħala analista tal-logħob tas-Serie A fis-snin 80 u 90.
Sport Extra jixxandar illum fuq NetTelevision mill-5.15 ta’ waranofsinhar ‘l quddiem.
Sport Extra għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta
tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech u
Ramon Farrugia.