Lokali

“Il-kwalità ta’ ħajja ma tissarrafx biss fi flus imma serenità, trankwillità, serħan tal-moħħ, ambjent san u arja nadifa”

“Il-kwalità ta’ ħajja ma tissarrafx biss fi flus imma serenità, trankwillità, serħan tal-moħħ, ambjent san u arja nadifa.” 

Dan kien kliem il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista – Louise Anne Pulis, fid-diskors li għamlet il-Ħadd filgħodu f’attività politika li saret fl-Imsida.

Fid-diskors tagħha, hija tkellmet rigward diversi temi li bħalissa huma ċ-ċentru tal-problemi f’pajjiżna fosthom it-traffiku, l-ekonomija u l-ambjent.

Louise Anne Pulis fakkret kif wegħdiet li ilhom isiru għal diversi snin mill-Partit Laburista, sfaw fix-xejn hekk kif fakkret fi kliem l-eks Prim Ministru Joseph Muscat li kien tenna li f’sebgha snin u 700 miljun ewro kien ħa jirranġa it-toroq kollha ta’ Malta. Issa, għaddew 10 snin, u l-pajjiż nefaq 750 miljun ewro u s-sitwazzjoni marret biss lura.

Hi tenniet illi s-sitwazzjoni tat-traffiku qegħda biss tiggrava u li l-ħin li l-familji Maltin u Għawdxin iqattgħu fit-traffiku huwa ħin misruq mill-effiċjenza u dħul ekonomiku ta’ dawn l-istess familji.

Intant hija spjegat li Gvern Nazzjonalista jtaffi l-problema billi jimplimenta trasport tal-massa – wegħda li ilha sa mill-2017 sena. Fejn semmiet li 1/2 Malti, skont statistika tal-ewrobarometru, isib problema biex jaċċessa spazji ħodor. Hekk kif tenniet li l-gwerra bla rażan kontra s-siġar għandha tieqaf. Dan filwaqt li stqarret li din il-mentalità li l-iżvilupp distruttiv għandha tiġi fi tmiemha.

Fid-diskors tagħha, hi spjegat ukoll li l-Partit Nazzjonlista, għal kuntrarju tal-Gvern ta’ Robert Abela, jipprojitizza l-ambjent, fejn saħanistra ppropona li l-protezzjoni tal-ambjent ikun dritt fundamentali tal-bniedem – proposta li ġiet miċħuda mill-Labour.

Louise Anne Pulis spjegat ukoll li l-ekonomija tal-Gvern Laburista hija bbażata fuq skjavitu modern u sfruttament tal-ħaddiema.

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tenniet illi l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni ċara għall-mudell ekonomiku ta’ eċċellenza għal investiment u opportunitajiet aħjar.