Għawdex Lokali

Kuċċier ta’ 21 sena jweġġà gravi wara li waqa’ minn fuq is-serkin f’Għawdex

Kuċċier ta’ 21 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq is-serkin li kien fuqu.

L-inċident seħħ il-Ħadd waranofsinhar għall-ħabta tal-12:15 fi trakka taż-żwiemel li tinsab fix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li żagħżugħ ta’ 21 sena residenti x-Xewkija sofra xi ġrieħi wara li s-serkin li kien fuqu għal xi raġuni nkiser, bil-konsegwenza li ż-żagħżugħ waqa’ minn fuqu.

Ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.