Lokali

“L-edukazzjoni tista’ sservi lill-poplu biex inkunu qegħdin nagħtu lura dak li tawna missirijietna”

“L-edukazzjoni tista’ sservi lill-poplu biex inkunu qegħdin nagħtu lura dak li tawna missirijietna”

Dan kien kliem ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-snajja, Justin Schembri f’attività politika fl-Imsida, illi fakkar fl-Iskola tal-Msida li ilha snin mwegħda mill-Partit Laburista snin twal u li qed tiswa lill-pajjiżna miljuni kbar…miljuni li bihom setgħet saħanistra nbniet skola oħra.

Fejn fakkar illi l-Partit Laburista qed juża l-edukazzjoni għal skopijiet politiċi…b’referenza għall-attivitajiet politiċi li saru l-Ħadd 10 ta’ Marzu fl-Iskola Sekondarja Ħal Kirkop u l-Ħadd 17 ta’ Marzu fl-iskola primarja tal-Qawra għal kuntraru tal-Partit Nazzjonalista li jipprojitizza l-edukazzjoni.

Huwa kompla jispjega li t-track record tal-Partit Nazzjonalista jitkellem waħdu, hekk kif Gvern Nazzjonalista kien saħanistra jiftaħ skola kull sena.

Intant huwa tkellem dwar il-kriżi tal-enerġija ta’ pajjiżna, fejn tenna li l-Partit Nazzjonalista ilu li wissa rigward l-importanza tat-tieni interconnector – importanza li l-Gvern Laburista caħad. Issa, il-Gvern Laburista saħansitra se jkun qed jonfoq 40 miljun ewro fit-tieni powerstation.

Is-Shadow Minister għall-edukazzjoni u s-snajja tkellem ukoll fuq il-ħadma tal-isptarijiet li kienet serqa pjanata mill-Gvern Laburista, serqa li ħalliet kollass fis-settur tas-saħħa ta’ pajjiżna. Serqa ta’ sptarijiet li kellu jkun il-PN biex pajjiżna jerġa’ jieħu l-isptarijiet taħt idejh.

Huwa tkellem ukoll fuq il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li jsaħħaħ il-potenzjal ġeografiku ta’ Malta, dan filwaqt li tenna li minkejja li l-Partit Laburista ma riedx ikun parti mill-Unjoni Ewropea, din sarrfet fi proġetti kbar f’pajjiżna.