Malta kompliet fejn ħalliet fl-ewwel partita hekk kif għelbu lill-Irlanda ta’ fuq 3-1. It-tim Malti beda fuq nota tajba fil-partita u kompla jiddomina bi prestazzjoni konvinċenti matul il-partita.
Malta rebħet l-ewwel set bla ebda diffikulta’ bl-iskor ta’ 25-7.
It-tieni set rat bidla fl-intensita’ tal-Maltin, bl-Irlanda ta’ Fuq jistabilixxu vantaġġ ta’ 11-7, madankollu l-Maltin irnexxielhom iwettqu rimonta għall-iskor ta’ 14-13. Il-kumplament tas-set kien kumbattut, bl-iskor finali jkun 25-23.
Fit-tielet set il-Maltin pattew għan-nuqqas ta’ attenzjoni u ħadu vataġġ ewlieni ta’ 6-2, bl-avversarji din id-darba jdawru l-iskor għal 9-7. Il-Maltin komplew ikunu reżiljenti biex finalment it-tielet set intemm 25-14 għall-Malta.
Ir-raba’ set kompla joffri ħafna azzjoni, Malta bdiet fuq sieq tajba bis-saħħa ta’ Keira Agius, b’vantaġġ ta’ 16-12. It-tim Malti baqa’ dixxiplinat u bl-għajnuna tal-attakki minn Reana Connell u Shania Camilleri l-Maltin kabbru l-iskor finali ta’ 25-17.
//= $special ?>