Lokali

Raġel bi ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq il-Kosta

Eġiżżjan residenti San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-każ seħħ fis-sitta tal-Ħadd filgħodu fi Triq il-Kosta meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 31 sena tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li ħabat ma’ ħajt.

Il-barrani ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku tal-ambulanzi u aktar tard ittieħed l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.