Futbol Sport

Sliema jsalvaw punt fl-aħħar minuti kontra Balzan

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

SLIEMA WANDERERS ………………………………………1

BALZAN …………………………………….……………………….1

Balzan.: R.Briffa, A.Prates, S.Arab, T. Caruana, J. Busuttil, R.Michibuchi (P.Fenech 60′) , N.Zerjal, N. Braunovic (B.Hili 85′), O.Rommens, A.Andrejic (O.Awosanya 81′), G.Blackwood.

Sliema: R.Al Tumi, J.Borg, J.Engerer (D.Koauo 68′) , V.Plut (S.Gomes 80′), M. Beerman, J.Arthur (N.Strickland 87′), G.Alcino, N.Frendo (D.Kondrakov 80′), G.Acheampong, L.Micallef, (E.Agius 87′) A.Mohammed

Imwissija: R.Michibchi 4′, S.Arab 57′, R.Briffa 67′, P.Fenech 67′ (B), G.Alcino 63′, J.Engerer 67′, R.Al Tumi 67′

Skorjaw: G. Blackwood 38′ (B), N.Strickland

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Robert Curtis

Sliema Wanderers salvaw punt fl-aħħar minuti kontra Balzan b-iskor finali jkun 1-1.

Balzan fetħu l-iskor l-ewwel wara 38 minuta logħob wara li kkapitlizzaw fuq żball fid-difiża Slimiża bil-ballun jispiċċa f’saqajn George Blackwood li kompla l-forma impekkabli tiegħu u sab ix-xibka ghat-tieni partita konsekuttiva.

Fl-aħħar minuti tal-partita, Sliema Wanderers kisbu l-goal ta’ draw wara kross tajjeb mil-lemin lejn il-kaxxa fejn sab lis-sostitut Nicholas Strickland fil-kaxxa li b’daqqa ta’ras għeleb għal kollox lil Briffa biex kiseb punt importanti għal Sliema Wanderers.