Futbol Sport

Tliet partiti jintemmu fi draw …Roma kontra Udinese abbandunata

Ritratt: EPA

Il-partita bejn Udinese u Roma kienet abbandunata meta l-plejer Evan Ndicka kkolassa fil-pitch, f’dak li deher li seta’ jkun attakk tal-qalb. B’xorti tajba, il-plejer ittieħed l-isptar u kien rikoverat, fejn jidher li l-kundizzjoni tiegħu hi waħda aħjar u jinsab f’sensih.

Intant draw ta’ 3-3 bejn Sassuolo u Milan. Vantaġġ dopppju għal Sassuolo fl-4 u l-10 minuta b’gowls minn Andrea Pinamonti u Armand Lauriente rispettivament. Rafael Leao naqqas id-distakk għal Milan qabel reġa’ kien Lauriente li poġġa’ lil Sassuolo 3-1 minn fuq. Luka Jovic għamel l-iskor 3-2 qabel kien awtogowl ta’ Samuel Chukwueze li għamel l-iskor 3-3.

Draw ta’ 2-2 ukoll bejn Inter u Cagliari. Inter fetħu l-iskor fit-12-il minuta permezz ta’ Marcus Thuram qabel kien Eldor Shomurodov li kiseb id-draw għal Cagliari. Inter mill-ġdid fil-vantaġġ fl-74 minuta minn penalty skorjat minn Hakan Calhanoglu qabel kien Nicolas Viola li kiseb id-draw għal Cagliari għal skor finali ta’ 2-2.

SERIE A

Illum il-Ħadd: Napoli v Frosinone 2-2, Sassuolo v Milan 3-3, Udinese v Roma abb., Inter v Cagliari 2-2
Għada t-Tnejn: Fiorentina v Genoa 6.30pm, Atalanta v Verona 8.45pm