Futbol Sport

Atalanta miżmuma minn Verona b’gowls fit-tieni taqsima

(Ritratt: EPA)

Verona dawru telfa fi draw kontra Atalanta hekk kif tkompliet il-forma ħażina ta’ La Dea. L-iskor finali kien 2-2.

Gianlucca Scamacca fetaħ l-iskor wara 13-il minuta, b’Ederon jirdoppja l-iskor 5 minuti wara mis-suġġeriment tal-istess Scamacca.

Verona stennew sas-57 minuta biex bdew jiskorjaw, b’żewġ gowls fi tliet minuti jiddeterminaw il-partita. L-ewwel kien Darko Lazovic li sab ix-xibka, b’Tijani Noslin jagħmel l-iskor indaqs wara siegħa logħob.

Fiorentina fallew milli jirbħu għal darb’oħra hekk kif ġew miżmuma minn Genoa 1-1.

Fis-26 minuta La Viola fetħu l-iskor permezz ta’ Andrea Belotti mis-suġġeriment ta’ Beltran, madankollu wara konsultazzjoni tal-VAR, il-gowl ġie mħassar hekk kif l-attakkant Taljan kien f’pożizzjoni rregolari.

Fit-42 minuta Genoa fetħu l-iskor permezz ta’ Albert Gudmundsson li sab ix-xibka minn penalty li kien kommess minn Martinez Quarta.

Fiorentna għamlu l-iskor indaqs fil-54 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Jonathan Ikone mill-kross ta’ Bonaventura.

Il-Ġimgħa
Lazio v Salernitana 4-1
Is-Sibt
Lecce v Empoli 1-0
Torino v Juventus 0-0
Bologna v Monza 0-0
Il-Ħadd
Napoli v Frosinone 2-2
Sassuolo v Milan 3-3
Udinese v Roma abbandunata
Inter v Cagliari 2-2
It-Tnejn

Fiorentina v Genoa 1-1
Atalanta v Verona 2-2