Lokali

Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Ġunju 2024

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċi versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex, li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mis-6pm tal-Ħamis, 6 ta’ Ġunju, 2024.


Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz tal-formola online li tinsab fuq l-indirizz elettroniku: www.electoral.gov.mt/advancedtransfer jew permezz ta’ formola, liema formola tista’ tintbagħat jew titwassal b’mod personali fl-Uffiċċju Elettorali, Eks Trade Fair Grounds, in-Naxxar, jew fl-Uffiċċju Elettorali, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.  Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ħadd: bejn it-8am u s-1pm u mit-3pm.sas-6pm.

Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mill-4 sas-6 ta’ Ġunju, 2024 u dan isir personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.